Owen Bonnici: 'Busuttil huwa l-aktar Kap dgħajjef li qatt kellu l-PN'

Il-Minsitru Owen Bonnici jemenda l-mozzjoni tal-PN għal waħda ta' fiduċja fil-Gvern u li tfakkar fis-suċċessi, r-riformi u l-miżuri li ħa "l-Gvern bl-akbar mandat elettorali mill-Indipendenza"  

Simon Busuttil mmexxi minn klikka militanti, jgħid Il-Ministru Owen Bonnici
Simon Busuttil mmexxi minn klikka militanti, jgħid Il-Ministru Owen Bonnici

Fil-ftuħ tat-13-il siegħa maratana il-Ministru Owen Bonnici ressaq emenda għall-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista għal  waħda illi fiha l-Parlament juri fuduċja fil-Gvern Laburista u li telenka s-suċċessi, riformi u l-miżuri li ħa l-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin

Waqt id-diskors tiegħu Bonnici qal li Simon Busuttil huwa l-iktar Kap dgħajjef li qatt kellu l-PN hekk kif qed jitħalla jimtmexxa minn sezzjoni fil-PN li hija militanti uli  qed toħroġ tattakka lil kull min jiġi quddiemha. Bonnici qal illi l-attakki u l-miltanza tal-PN qed jagħtu lil Busuttil il-komfort falz għal ftit żmien b l-appoġġ tal-attivisti hardcore tal-Partit Nazzjonalista.

Bonnici fakkar kif dan il-Gvern rebaħ mandat li għandu jitwettaq f'ġieħ l-għażla li għamel il-poplu fl-2013. Bonnici fakkar kif Malta bħalissa qed tesperjenza "l-akbar tkabbir ekonomiku, qgħad li huwa fl-inqas livelli fl-istorja riċenti, pensjonijiet u stipendji li qed jogħlew, Gvern li qed iġib xogħol, traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma,  l-Enemalta minn kumpanija falluta għal waħda li qed tagħmel il-flus, naqqasna l-waiting lists, għamilna riformi kbar fl-edukazzjoni, ħdimna biex titnaqqas il-problema ta' immigrazzjoni, investejna fil-qasam tal-kultura." Bonnici temm l-elenku billi fakkar kif "pajjiż fi kriżi politika ma jarax dawn ir-riżultati, pajjiż mifni bil-korruzzjoni ma jarax il-faqar jitnaqqas."

 Dwar l-iżviluppi fl-istorja relatata ma' Mario De Marco żvelata lbieraħ fuq il-Maltatoday huwa fakkar kif De Marco għamel ħames xhur biex iħallas lill-kuntrattur li għamillu x-xogħol b'xejn fid-dar tiegħu. "Aħna ma nieħdux lezzjonijiet mingħand min hu r-re tad-double standards, mingħand min hu tajjeb biss biex ipaċpaċ." Huwa qal li għandek żewġ Viċi Kapijiet li t-tnejn ma mxewx b'mod etiku,"wieħed għamlulu b'€34,000 u ma ħallasx għax-xogħol, l-ieħor bena palazz fuq art ODZ u fl-istess ħin li kien qed jibni palazz, irnexxielu jġemma miljun ewro minn xogħol ta' avukat. Xi ħsibtuna? Bċieċen?"

Bonnici qal illi jekk Busuttil isir PM jreġġa lura l-proġett tas-saħħa f'Għawdex, ireġġa lura l-ħlas fuq il-VAT fuq il-karozzi, jwaqqaf il-proġett tal-Unniversita fin-naħa t'isfel ta' Malta u jtellef miljuni mill-programm ta' ċittadinanza.

More in Politika