Gonzi jgħid li Muscat 'waqqagħlna wiċċna l-art'

Michael Gonzi jgħid li dan huwa mument ta' għajb għal Malta...Id-Deputati Laburisti jkomplu jfakkru fis-suċċessi li qed jagħmel il-Gvern fl-oqsma tal-impjiegi, l-ekonomija u s-saħħa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-Prim Ministru Joseph Muscat

Dawk li se jivvutaw se jkunu kompliċi u mċappsin għal għomorhom qal id-Deputat Michael Gonzi f'diskors li kien milqugħ b'approvazzjoni. Gonzi qal illi l-Prim Ministru Joseph Muscat waqqa' wiċċ il-pajjiż l-art mal-pajjiżi kollha barranin. Gonzi qal illi f'dan il-mument hu se jkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja f'wiċċ każ (tal-Panama) li ġab għajb għal Malta.

Intant is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo fakkar illi f'dawn l-aħħar tliet snin inħolqu l-impjiegi bl-eluf u ffirma ftehim biex l-Enemalta tkun f'pożizzjoni li tidħol f'investimenti minflok tkun f'xifer falliment. Buontempo staqsa kif jista' jkun sfiduċjat Gvern li ta d-dritt tal-vot biex iż-żgħażagħ ta' 16-il sena jivvutaw u kif jista' jivvota kontra Gvern li qed jinvesti fl-impjiegi. 

Qed nagħmlu mill-isptar San Luqa, wieħed tal-aqwa livell meta ħaddieħor ħallieh mitluq Anthony Agius Decelis

Id-Deputat Anthony Aguis Decelis li qal illi pajjiżna għandu bżonn lil Joseph Muscat bħala PM. Fakkar kif Muscat raħħas il-kontijiet, meta ħaddieħor ivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet, Muscat raħħas il-fuels 10 darbiet, qed inaqqas il-faqar, meta ħaddieħor rah bħala perċezzjoni. Illum il-waiting list qed niġġilduha, kif qed niġġieldu l-mediċini out-of-stock, meta ħaddieħor qalilna li anke l-grocer ikollu l-piżelli out-of-stock. Qed nagħmlu mill-isptar San Luqa tal-aqwa livell meta ħaddieħor ħallieh mitluq. 

"Iġġudikawna fuq ix-xogħol li għamilna, għall-Maltin u l-Għawdxin" temm jgħid Agius Decelis. 

Id-Deputat Francis Zammit Dimech, intant qal li l-istorja għad trid tiġġudika lill-Membri Parlamentari u qal illi "l-kbir għadu ġej" u l-Gvern sejjer żball jekk qed jaħseb li l-każ Panama se jisparixxi wara dan id-dibattitu

 

More in Politika