F'diskors pjuttost b'saħħtu d-Deputat Laburista Silvio Parnis għamel elenku twil tas-suċċessi li qed jikseb dan il-Gvern fosthom it-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, ir-riżultati rekord fit-turiżmu u diversi proġetti fin-naħa t'isfel ta' Malta. Parnis qal illi l-PN jista joqgħod jieħu lin-nies Għar id-Dud, "aħna se nkomplu noħolqu x-xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin" qal Parnis.
Intant wara l-elenku ta' ħidmet il-Gvern, li qed jagħmel kull Deputat Laburista, Parnis qal li l-PN għandu jieqaf jinħeba wara bloggers u semma' l-attakk li qal li seħħ fuq il-Ministru Chris Cardona. F'dan il-mument il-whip tal-PN instema jirrepeti "Għal Glenn Bedingfield qed tirreferi?"
Intant Jason Azzopardi fakkar fl-iskandlu ta' Gaffarena u daħal fuq l-informazzjoni li kienet ippublikata dwar il-każ, punt, punt. Huwa akkuża lill-Prim Ministru li qed jgħatti fil-każ tal-'Panama' u semma mara ta' 80 sena li qatgħulha xi benefiċċji. Huwa qabel ma' Parnis kontra l-attakki kontra. "Hemm Laburisti diżullużi li jħossu li l-PL qed jitratta lill-Laburisti daqs li kieku jistgħu jibilgħu r-ross bil-labbra" kompla jgħid Azzopardi.
Bħalissa għaddej dibattitu maratona dwar mozzjoni ta' sfiduċja tal-PN fil-Gvern