Joseph Muscat jenfasizza l-importanza tal-korrettezza politika
...ma jagħmel ebda referenza għal Konrad Mizzi jew dwar x'se jiddeċiedi dwar l-istess Ministru
More in Politika
...ma jagħmel ebda referenza għal Konrad Mizzi jew dwar x'se jiddeċiedi dwar l-istess Ministru
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt li kien qed jitkellem fid-dibattitu, rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni tal-idea tajba li jagħmel mozzjoni kontra l-Gvern, "għax tana ċ-ċans biex nitkellmu dwar x’differenza qed nagħmlu f’ħajjet in-nies. Minkejja l-kritika lejn il-PN Muscat tenna l-għajta tal-Ministru Evarist Bartolo illi huwa importanti li dak li jagħmlu l-politiċi jkun, mhux boss skont dak li huwa legali, iżda wkoll dak li huwa korrett.
Iżda fid-diskors tiegħu Muscat naqas milli jsemmi lil Konrad Mizzi jew jekk ħax deċiżjoni dwar il-futur tal-istess Ministru li fil-Konferenza Ġenerali tal-PL tefa' l-ballun f'saqajn Muscat
Muscat qal illi wara siegħat ta' diskussjoni Parlamentari ħadd mill-Oppożizzjoni ma għadda proposta waħda dwar kif jista' jitmexxa aħjar il-pajjiż. Minkejja li ressqu din il-mozzjoni, kompla jgħd Muscat, Busuttil baqa' jitkellem fuq in-negattiv biss u fl-ebda ħin ma propona xi ħaġa ġdida.
"Stajna m’għamlina xejn", qal Muscat. "Kieku m'għamilna xejn kienu jorħsu l-kontijet, kienu jispiċċaw l-mediċini out-of-stock, konna ngħolluhom il-pensjonijiet, kieku għamilna bħall-Kap tal-Oppożizzjoni u ma proponejna xejn. Il-PM fakkat lill-Gvern mhux biss propona iżda bħala Gvern wettaq u daħħal liġijiet ġodda bħal whistleblower u l-liġi tal-Finanzament tal-Partiti. "Kienu isiru l-isptarijiet il-ġodda kieku m'għamilna xejn, konna nnaqqsuh għall-ewwel darba f'10 snin il-faqar kieku m'għamilna xejn."
Muscat fakkar kif il-Gvern se jkun qiegħed jippublika l-kuntratti kollha neċessarji, bħal ma kien ippubikat il-kuntratt li l-Gvern għamel għat-trasport pubbliku. Il-PM ammetta iżda li hemm bżonn li l-Gvern jaħdem iktar biex isaħħaħ il-qasam tal-governanza li dwaru bħalissa qed jaqla' ħafna kritika.
Dwar il-Laburisti 'ġenwini' u l-fatt li l-PN il-ħin kollu jsemmihom matul id-dibattitu, Muscat staqsa għand min se jmorru dawn il-Laburisti ġenwini, "għand Tonio Fenech? Għand Giovanna Debono?"