Fid-diskors tiegħu, id-deputat Laburista tkellem dwar il-periklu li qlajja ta' bniedem, fil-kamp politiku tiġi manipulata u saħansitra tittieħed bħala realtà. Ġab l-eżempju ta' Thomas Woods li llum ġie misjub li mhux ħati tal-akkużi ta' korruzzjoni li ġew imressqa kontrih li kien qed jieħu flus ta' persuni li jiġu dikjarati boarded out. Kompla jgħd li, "Thomas Woods ilu jgħix f'din ir-realtà għal sitt snin sħaħ."
Wissa kemm huwa perikoluż li fil-politika, persuni jimlew il-vojt ta' informazzjoni li ma jafux b'iktar qlajjiet u informazzjoni, u min jattakka ma jimpurtahx mit-tbatija li tgħaddi minnha l-familja, u dan kollu, żied jgħid Mallia, jsir sabiex ikun hemm xi tip ta' gwadann politiku.
MInħabba f'dan, kompla jgħid, "ħafna nies jaqtgħu qalbhom milli jidhlu ghall politika, u ghalhekk, il-pajjiż jitlef ħafna mħuħ tajba li jistgħu jagħtu kontribut siewi.
Mat-tmiem tad-diskors, id-deputat Mallia ġie avviċinat minn bosta deputati Laburisti li ferħulu u awgurawlu għad-diskors li għamel.