'Ġew għandna bil-proġett tal-Power Station...imma aħna m'aċċejtanihx'

Il-PN jitlef il-vot u l-Gvern jirbaħ vot ta' fiduċja b'38 favur il-Gvern kontra 31

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal, għall-ewwel darba, illi l-prposta għal Power Station ġdida li taħdem bil-gass marret għand il-PN l-ewwel, qabel ma' dawk li qed jipproponuha marru għand Il-Partit Laburista. Minkejja li l-kwistjoni tal-Power Station il-ġdida li taħdem bil-gass ilha tissemma minn qabel l-aħħar elezzjoni, imma din kienet l-ewwel darba li Busuttil semmieha. Għar-reazzjoni tal-Membri tal-Gvern Busuttil qal li "l-verita' tweġġa"

Fid-dawl ta' din l-akkuża Busuttil qal li "anke tal-Power Station kienet mifthema minn qabel l-elezzjoni" 

 Il-Kap tal-PN Simon Busuttil ilejla fl-għeluq ta' dibattitu maratona ta' 13-il siegħa. "Il-Gvern ta' Joseph Muscat qed jegħreq fl-iskalora, għax meta tegħreq fl-ilma tista ssalva imma meta tegħreq fl-iskalora ma tistax ssalva. Simon Busuttil qal illi din il-frażi qalhielu bidwi fil-Qrendi.  Busuttil akkuża lil Muscat li rema' l-valuri, "anqas tafu fhiex temmnu u ma tirrapreżentaw xejn" qal Busuttil li saħaq ukoll li Muscat biegħ ruħu biex jirbaħ il-poter. Huwa kompla jgħid li Muscat iltaqa' ma' Gaffarena u anke ma' tal-Cafe Premiere. 

Huwa qal li l-Gvern huwa mwieled fil-korruzzjoni u mgħerreq fil-korruzzjoni. Busuttill akkuża lill-PM illi Muscat ħataf lill-awtoritajiet, għax postijiet oħrajn il-pulizija ħadet azzjoni imma hawn Malta, le. Għal diversi drabi Busuttil ikkritika lil Konrad Mizzi u l-mod kif dan dam biex iddikjara l-kumpaniji tiegħu fil-Panama. 

Simon Busuttil, beda jdur Deputat, Deputat, fosthom Edward Scicluna, Leo Brincat u George Vella u beda jindirizzahom direttament biex jivvotaw miegħu kontra Joseph Muscat. 

Il-Kap tal-PN  f'mument minnhom semma diversi stejjer fuq diversi gazzetti, iżda ma semmiex l-istorja li dehret fuq il-gazzetta Maltatoday dwar ħlas li Mario De Marco m'għamilx għal xogħolijiet li saru fir-residenza tiegħu minn Pierre Sladden li kien żvelat kif kellu kont fil-British Virgin Island. Ix-xogħolijiet li tħallsu wara x-xahar li għadda wara li bdew ħerġin l-istejjer dwar Sladden, ilħalħqu mal-€34,000. Il-PM Muscat irrimarka kif Busuttil semma l-Independent, imma mhux il-Maltatoday. F'dan il-punt Busuttil qal li l-istorja tal-Maltatoday "tajthielhom int minn Kastilja."

More in Politika