Investiment ta' €15-il miljun fil-lukanda Hilton Malta

Il-Ministru tat-Turiżmu jgħid li dan huwa ċertifikat pożittiv li juri r-ritmu b'saħħtu li qabdet Malta fit-Turiżmu

Id-dehra l-ġdida ta' wieħed mir-ristoranti fil-Hilton wara l-investiment ta' €15-il miljun
Id-dehra l-ġdida ta' wieħed mir-ristoranti fil-Hilton wara l-investiment ta' €15-il miljun

Illum kien inawgurat proġett b'investiment ta' €15-il miljun li ra l-lukanda Hilton Malta, f'San Ġiljan, tkun rinovata b'tema aktar moderna u friska. Iktar minn 290 kamra raw tibidliet, inkluż bidliet mill-qiegħ tar-ristoranti tal-istess lukanda. L-investiment wassal biex il-lukanda tingħata dehra kompletament ġdida u aktar friska, b'aktar dawl u teknoloġija aktar effiċjenti. 

Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li investiment bħal dan huwa prova tar-ritmu qawwi li qabdet l-ekonomija, speċjalment dan is-settur li għadu ħiereġ minn sena rekord, u li qed jerġa' jesperjenza xhur tajbin ħafna din is-sena s'issa. Zammit Lewis qal ukoll li dan il-proġett huwa prova tas-suċċess li qed tagħmel Malta fil-qasam tax-xogħol u l-investiment. 

 

More in Politika