Twissija lil Simon: Keċċi lil DeMarco qabel ma jkeċċik hu

Jiħrax l-attakk fuq Mario De Marco minn nies fil-PN ... Simon Mercieca jgħid li jekk ma jkeċċix lil De Marco Busuttil m'għandux ċans jirbaħ

Busuttil u De Marco
Busuttil u De Marco

Simon Mercieca, wiċċ familjari fuq il-midja Nazzjonalista,  kixef, jekk qatt kien hemm dubju ta' dan, il-kurrenti kuntrarji li jeżistu fil-PN. Mercieca kien pjuttost dirett fi kliemu u qal illi filwaqt li l-każ Panama kisser kull ċans li Konrad Mizzi jkun Mexxej tal-PL qal ukoll illi jekk "Simon Busuttil irid jirbaħ l-elezzjoni li jmiss jeħrieġ jitlob lil Mario De Marco jirreżenja u jekk dan ma jaċċettax għandu jagħtih daqqa ta' sieq 'l barra. Jekk Busuttil ma jagħmilx dan," kompla Mercieca, "jitlef l-elezzjoni li jmiss u t-tim ta' De Marco jagħtu lil Busuttil daqqa ta' sieq 'l barra."

Simon Mercieca, fl-artiklu li kiteb fuq il-Malta Independent jgħid li huwa għal din ir-raġuni li l-PM Muscat għadu qed jtawwal biex jiddeċiedi dwar DeMarco. Mercieca jgħid illi Pierre Sladden li għamel xogħol fir-residenza ta' Mario De Marco, kien wieħed minn grupp ta' persuni li ġew flimkien biex jagħdmu u jgħinu lil Muscat jirbaħ it-tmexxija tal-PL u l-elezzjoni ġenerali. Huwa jgħid li Muscat qed isibha diffiċli jneħħi lil Keith Schembri minħabba f'dan il-fatt u jgħid ukoll li jekk xi ħadd jeħodlu postu jkollu jaħdem taħt id-dell ta' Schembri. 

Mericeca jgħid ukoll illi l-mozzjoni tal-PN kienet frivola fid-dawl ta' dak li kien żvelat nhar il-Ħadd fuq il-gazzetta Maltatoday li żvelat kif saru xogħolijiet li jlaħħqu l-eluf fid-dar ta' De Marco mill-kumpanija ta' Sladden li baqgħu ma tħallsux qabel ma' kien żvelat illi Sladden għandu kontijiet fil-British Virgin Islands.

More in Politika