48 konsulent ġdid fid-Dipartiment tas-Saħħa matul l-aħħar tliet snin

Fl-aħħar tliet snin, minn Marzu tal-2013 s’issa, fid-Dipartiment tas-Saħħa żdiedu total ta’ 48 konsulent. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Dawn il-konsulenti qegħdin jaħdmu f’dipartimenti diversi fl-Isptar Mater Dei, fosthom hemm seba’ konsulenti ġodda fid-Dipartiment tal-Anestesija, ħamsa fil-Pedjatrija, u erbgħa fil-qasam tas-saħħa pubblika. Dwar dan is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li dan huwa mod kif dan il-gvern investa u kompla jsaħħaħ is-servizzi tas-Saħħa għall-ġid tal-pazjenti tiegħu.

 

More in Politika