'Ħadd, lanqas il-Prim Ministru, ma kellu l-kuraġġ jiddefendi lil Konrad Mizzi'

Carmel Cacopardo josserva kif fi 13-il siegħa sħaħ ħadd mid-Deputati Laburisti ma ddefenda lil Mizzi, lanqas il-Prim Ministru

Carmel Cacopardo
Carmel Cacopardo

Carmel Cacopardo, l-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika, qal illi f'dibattitu sħiħ ta' 13 il-siegħa ħadd mid-Deputati Laburisti "lanqas Joseph Muscat" ma kellu l-kuraġġ jiddefendi lil Konrad Mizzi. Cacopardo interpreta dan bħala turija ċara illi l-messaġġ qed jasal. 

Fil-blog tiegħu Cacopardo jgħid illi fil-vokabulajru politiku ta' Muscat ir-responsabilita' politika ma teżistix u li l-PM jieħu deċiżjonijiet6 biss meta jkun daharu mal-ħajt. Għalhekk Cacopardo spjega illi l-mozzjoni tal-PN kien ħela ta' ħin,  għax ma' Muscat "tista’ tasal biss billi tkompli tissensibilizza l-opinjoni pubblika." Cacopardo ifakkar fir-reżistenza li sab Muscat minn ħdan il-partit Laburista stess u li s'issa dawn il-Ministri u Deputati llimitaw il-kritika għal waħda interna biss.

More in Politika