PN: '48 siegħa wara u Muscat għadu qed ikaxkar saqajh'

Il-PN jitlob lill-Gvern jiffissa data għall-mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi

Il-PN jgħid li Muscat qed itawwal il-ħin qabel jiffissa data gġal mozzjoni ta sfiduċja f'Konrad Mizzi
Il-PN jgħid li Muscat qed itawwal il-ħin qabel jiffissa data gġal mozzjoni ta sfiduċja f'Konrad Mizzi

Fi stqarrija il-PN nnota kif minkejja li għaddew aktar minn 48 siegħa minn meta ġiet ippreżentata mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi, "Joseph Muscat għadu qed ikaxkar saqajh biex jaqbel fuq data meta se jsir id-dibattitu u jittieħed il-vot. Filwaqt li fil-mozzjoni ta' sfiduċja kontra l-Gvern, Muscat kien pront u qal li din għandha tiġi diskussa l-ġimgħa ta' wara, f'dan il-każ, Muscat għadu ma qal xejn. Issa għaddew diġa' jumejn."

L-Oppożizzjoni, tkompli l-istqarrija, qed titlob li l-Gvern jiffissa data għal dan id-dibattitu u vot ta' sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi mingħajr aktar dewmien. Kif ħabbar il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil nhar it-Tnejn li għadda, l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur il-mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi.

 

More in Politika