Jirreżenja s-Sindku tar-Rabat Għawdex
More in Politika
Aktar kmieni llum, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rċeviet ittra mingħand Samuel Azzopardi li fiha nfurmaha li kien qed jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista u jirriżenja mill-kariga ta' Sindku tar-Rabat Għawdex.
Kif spjegat fl-ittra ta' Samuel Azzopardi, din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl li probabilment, l-istess Azzopardi jitressaq quddiem il-Qorti b'konsegwenza ta' inċident tat-traffiku li kien involut fih nhar il-Ħadd li għadda.
Filwaqt li jaċċetta din l-ittra ta' sospensjoni, l-Partit Nazzjonalista jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn Samuel Azzopardi għall-korrettezza politika tiegħu. Bid-deċiżjoni tiegħu, Samuel Azzopardi qed jagħti eżempju lil kull min jokkupa kariga pubblika u eżempju akbar lil min għandu ferm aktar għal xhiex jirriżenja mill-kariga tiegħu.