Fl-Awstralja faqqa virus li qed jinfirex sew u li jwassal għal dewmien fl-iżvilupp tat-trabi u anke fi ħsara fil-moħħ. L-ewwel darba li dan il-virus kien identifikat kien fl-Ewropa 10 snin ilu, iżda nxtered sew fl-Awstralja fl-2013 u l-2014. Trabi li nstabu li qed ibatu minn dan il-virus ibatu minn attakki ta' puplesija u attakki li jipparalizzaw il-muskoli.
S'issa għad m'hemm ebda trattament għal dan il-vaċċin li jista jittieħed permezz ta' kuntatt ta' fluwidi bħal bżieq permezz ta' għatis. Studju li sar juri li sar fost numru ta' trabi li jbatu minn dan il-virus żviluppaw problemi ta' żviluoppo meta kienu għadhom ta' l-eta' tenera ta' 12-il xahar. B'kollox 20% ta' dawk li jbaru minn dan il-virus jiżviluppaw problemi newroloġiċi.