33 karozza tal-linja ġdida fit-toroq dan is-Sajf
Qed ikun irrappuratat titjib fil-puntwalita' tas-servizz madwar il-pajjiż meta kkumparat ma' ftit ilu
More in Politika
Qed ikun irrappuratat titjib fil-puntwalita' tas-servizz madwar il-pajjiż meta kkumparat ma' ftit ilu
Iċ-Ċermen tal-Malta Public Transport, Felipe Cosmen din il-ġimgħa mexxa spezzjoni teknika fuq 33 karozza tal-linja ġdida flimkien ma’ tim tekniku fit-Turkija.
Il-Malta Public Transport twettaq spezzjonijiet regolari matul il-proċess tal-manifattura bil-għan li tassigura li l-karozzi tal-linja jaqdu l-bżonnijiet speċifiċi tal-operat f’Malta. “Mill-esperjenza estensiva u internazzjonali li għandna, aħna nistgħu nagħtu kontribut dirett lejn il-produzzjoni ta’ prodott ta’ kwalità,” spjega Konrad Pulé, il-General Manager ta’ Malta Public Transport. “Dawn il-karozzi tal-linja ser ikollhom l-aħħar teknoloġija ta’ sigurtà u emissjoni b’maġni Euro 6, li se jagħmlu l-flotta tagħna waħda mill-iżgħar fl-Ewropa.”
Il-karozzi tal-linja huma twal 12-il metru, simili għal karozzi tal-linja fil-flotta eżistenti u ser ikollhom ukoll żewġ bibien biex itejjbu l-moviment tal-imbarkar u tal-inżul tal-passiġġieri. Huma armati bl-aqwa komponenti partikolarment ix-xibka tal-kostruzzjoni, il-gearboxes, axels u s-sistemi tal-brejkijiet. Ser ikollhom ukoll sistema aħjar ta’ informazzjoni għax xufier, li tagħti dettalji diversi kemm lix-xufier kif ukoll lit-tim tal-manutenzjoni.
“Din is-sena diġa rajna tkabbir sinifikanti. Peress li l-produzzjoni miexjab’ritmu tajjeb, dawn it-33 karozza tal-linja se jibdew jaqdu s-servizz tagħhom dan is-Sajf, bil-għan li jtejjbu l-esperjenza tal-passiġġiera,” temm jgħid Pulé.
Intant l-ILLUM tista tikkonferma illi qed ikun reġistrat titjib f'dak li huwa puntwalita' f'ħafna żoni fil-pajjiż, kumparat maż-żmien meta bdiet topera l-kumpanija Spanjola.