Inawgurat investiment ta' €6 miljuni fil-lukanda San Lawrenz

Ikompli jiġi rreġistrat titjib qawwi fit-turiżmu lejn Għawdex

Il-Ministri Refalo u Zammit Lewis waqt l-inawgurazzjoni tal-investiment
Il-Ministri Refalo u Zammit Lewis waqt l-inawgurazzjoni tal-investiment

Il-lukanda Kempinski għadha kif inawgurat investiment qawwi ta' €6 miljuni, li jimmarka t-tieni investiment kbir f'dan is-settur din il-ġimgħa. Il-Ministru Edward Xammit Lewis qal illi dan l-investiment huwa wieħed minn serje sħiħa ta' titjib f'lukandi madwar il-pajjiż, li juru l-ottimiżmu li jeżisti fis-settur turistiku bħalissa. 

Zammit Lewis li kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo spjega illi x-xejriet pożittivi fit-turiżmu qed jolqtu lil Għawdex ukoll hekk kif fl-2015 żaru lil għawdex mal-miljun turist, li minnhom 123,000 qarrgħu iktar minn lejl wieħed f'Għawdex. Dan, kompla jgħid Zammit Lewis, jimmarka żieda ta' 30% fuq is-sena 2012. Huwa fakkar ukoll kif l-aħħar riżultati jimmarkaw żidiet fit-turiżmu f'Diċembru u Jannar. 

 

 

 

 

More in Politika