Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar bħalissa jinsab rikoverat id-dar wara li daħal l-isptar għal testijiet ftit jiem ilu ftit wara li rritorna minn vaganza. Għalkemm Cassar m'għadux l-Isptar, bħalissa jinsab rikoverat id-dar u kollox se jiddependi mill-pariri li se jingħata mingħand it-tobba.
Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega kif m'hemm l-ebda problema min-naħa ta' Cassar jew mill-Gvern dwar il-pożizzjoni li għandu u li Cassar lest illi jibqa' jwettaq ħidmietu f'din il-kariga. Iżda kollox jiddependi mit-testijiet u "d-deċiżjoni Michael Cassar se jeħodha hu."
Abela qal illi huwa żamm kuntatt ma' Cassar biex jara kif jinsab kif ukoll biex jawguralu fejqan ta' malajr.