
Il-Ministru Refalo ħabat bil-karrozza mingħajr 'insurance' u liċenzja mħallsa
Simon Busuttil jitlob ir-riżenja tal-Ministru għal Għawdex

More in Politika
Simon Busuttil jitlob ir-riżenja tal-Ministru għal Għawdex
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza attività politika bit-tema Politika Onesta f’Ħaż-Żebbuġ irrefera għal dak żvelat mill-Malta Today fejn il-Ministru Anton Refalo, fis-16 ta' Marzu, ħabat bil-karozza privata tiegħu mingħajr polza tal-assigurazzjoni kif ukoll mingħajr liċenzja. “Anton Refalo ħeba dan l-inċident għal aktar minn xahar sakemm ġie żvelat mill-media,” qal Simon Busuttil, filwaqt li insista li Anton Refalo għandu jirriżenja u jerfa’ r-responsabbiltà politika.
Il-Malta Today żvelat li Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien qed juża l-karozza privata tiegħu b’liċenzja u polza tal-assigurazzjoni skaduti. Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu meta l-Ministru ħabat f’vettura li kienet misjuqa minn uffiċjali tal-Pulizija. Dan kien ikkonfermat mill-Ministru Anton Refalo stess lill-gazzetta Malta Today. L-istess Anton Refalo kkonferma wkoll li ġie kkuntattjat mis-Supretendent tal-Pulizija biex javżah li l-liċenzja tal-karozza tiegħu, kif ukoll l-assigurazzjoni fuqha ma ġewx imġedda jew imħallsa. Iżda minn naħa tiegħu l-Ministru Anton Refalo qed iwaħħal dan fil-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħu u jisħaq li hu t-tort tal-kumpanija li kien qed isuq bla liċenzja jew polza tal-assigurazzjoni valida. Dwar dan il-każ il-Pulizija talbet gwidja mill-Avukat Ġenerali dwar kif għandha tmexxi. Minn naħa tiegħu l-avukat Ġenerali rrimarka li l-liċenzja tħallset sitt ijiem biss qabel l-inċident iżda nforma lill-Kummissarju tal-Pulizija bin-nuqqas tal-Ministru Anton Refalo milli jġedded il-liċenzja tas-sewqan tiegħu. Fid-dawl ta’ dan il-Ministru Anton Refalo rċieva multa ta’ din il-kontravenzjoni tat-traffiku. Minn naħa l-oħra, din il-ġimgħa stess, is-Sindku Nazzjonalista tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi tefa’ r-riżenja tiegħu għaliex kien involut f’inċident tat-traffiku u se jittieħdu passi fil-Qorti kontrieh. “Hekk għandhom isiru l-affarijiet. Dan huwa każ li juri d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista,” qal Simon Busuttil.
"Il-Partit Nazzjonalisat qiegħed joffri tama li l-affarijiet f’pajjiżna jistgħu jsiru b’mod differenti minn kif qed jagħmilhom il-Gvern Laburista. Qegħdin nagħtu tama ġdida li f’din il-mina ta’ dlam hemm id-dawl - dawl ta’ indafa, u verità. It-tama li qed joffri l-Partit Nazzjonalista hi t-triq it-tajba li se twassal biex il-poplu Malti u Għawdxi kollu jasal u jimxi ‘l quddiem. Se nibqgħu ninsistu sakemm insiru nafu ta’ min hi t-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama. Se nibqgħu ninsistu sakemm insiru nafu ta’ min hi t-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama. Simon Busuttil staqsa għaliex Joseph Muscat ma staqsiex ta’ min hi t-tielet kumpanija? Hu sostna li dan l-iskandlu huwa kbir għaliex kuntrarju ta’ nies f’pajjiżi oħra, Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama kemm ilhom fil-poter u mhux qabel."