Leo Brincat: 'Jeħtieġ npattu għad-diżappunti tal-aħħar ġimgħat b'umilta' u sagrifiċċju'

Il-Ministru Brincat jgħid li l-partit Laburista ma jista jħalli lil ħadd itellef mir-rankatura li qabad il-Gvern 

Il-Ministru Leo Brincat
Il-Ministru Leo Brincat

F'artiklu ppublikat ilbieraħ fuq il-gazzetta ILLUM il-Ministru Leo Brincat jagħmel appell imqanqal lill-Partit Laburista u lill-Laburisti għall-kawtela. Brincat qal illi huwa jaqbel mas-sentiment ta' Muscat illi jeħtieġ li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern ipatti "għad-diżappunti tal-aħħar ġimgħat b'umilta' u ġustizzja. Fl-artiklu li kiteb fuq l-istess gazzetta Brincat sostna illi jinsab konvint li l-Prim Ministru Muscat se jkun qed jitfa' kollox fuq il-miżien u jiddeċiedi.

Filwaqt li fakkar illi l-Gvern rebaħ il-vot ta' fiduċja fakkar ukoll illi fl-aħħar mill-aħħar hija s-soċjeta' ċivili li l-Gvern jeħtieġ jisma', għax hija s-soċjeta ċivili li se tkun qed tiddeċiedi fl-aħħar tal-leġiżlatura. Il-Ministru Brincat wissa hekk lill-Gvern li hu jifforma parti minnu fl-istess artiklu: "Ma nistgħu nħallu lil ħadd u lil xejn itellef mir-rankatura li Gvern Laburista qabad."

 

(l-artiklu sħiħ ta' Leo Brincat li deher fuq l-ILLUM se jittella fuq dan is-sit aktar tard matul il-jum)  

 

More in Politika