[Aġġornata] Klijenti tal-Bank Nemea ma jistgħux jiġbdu aktar minn €250 f'ġurnata

....mill-massimu ta' €500 kuljum li kien indikat lill-MFSA...din mhux l-ewwel darba li l-bank kellu restrizzjonijiet imposti fuqu

Nemea bank taħt sorveljanza
Nemea bank taħt sorveljanza

Il-Bank Nemea li għandu bħala Diretturi lill-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Joseph F.X Zahra kien diġa kellu restrizzjonijiet qabel dawk imħabbrin iktar kmieni illum mill-MFSA. Fil-fatt l-illum.com.mt hija nfurmata illi s-sorveljanza fuq dan il-bank li għandu l-kwartieri f'pajjiżna ilha li bdiet u kienu biss wara spezzjonijiet li saru illi l-MFSA taħt id-direzzjoni tas-'Supervisory Board' illi twaqqfu d-depożiti minn klijenti eżistenti filwaqt li saret restrizzjoni wkoll ta' kemm klijent jista jiġbed minn flusu li ddepożita fl-istess Bank.

Fil-fatt il-Bank Ċentrali Ewropew  (ECB) impona massimu ta' mhux iktar minn €500 fi flus li jistgħu jinġibdu mill-istess bank. 

More in Politika