Pass storiku għall-inklużjoni ta' persuni b'diżabilita' fid-dinja tax-xogħol

Iffirmat Memorandum of Understanding li jibni l-bażi tal-inklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilita'

Iffirmat Memroandum of Understanding għal aktar inklużjoni ta' persuni b'diżabilita'
Iffirmat Memroandum of Understanding għal aktar inklużjoni ta' persuni b'diżabilita'

Illum ġie ffirmat Memorandum of Understanding illi se jkun ibbażat fuq 13-il punt u li permezz tiegħu l-ETC, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Employers Association qablu fuq il-prinċipju li jaħdmu favur aktar inklużjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol. 

Il-Memorandum of Understanding (MoU) huwa parti mill-ħidma tal-Gvern biex ikun salvagwardjat u ma ħadd ma jkun eskluż mis-soċjeta'. 

Il-Prim Ministru qal illi dan il-qbil iwassal għal sinjal ċat mill-gvern illi l-ġustizzja soċjali u t-tkabbir ekonomiku jmorru id f'id. "Meta l-Gvern u l-imsieħba soċjali jaħdmu id f'id nistgħu nakkwistaw riżultati aħjar. Filwaqt li faħħar ix-xogħol li wettaq Gverbn preċedenti f'dan il-qasam Muscat qal li ndan il-Gvern issa qed imur għat-tieni fażi tal-ħidma f'dan is-settur fejn l-integrazzjoni ma tibqax biss marbuta mal-iskejjel. 

















 

More in Politika