Konrad Mizzi jagħmel apoloġija lill-poplu wara l-każ 'Panama'

....jgħid li refa' r-responsabilita' politika billi aċċetta d-deċiżjonijiet li ħa Muscat u billi rreżenja minn Deputat Mexxej

Il-Ministru Konrad Mizzi talab apoloġija lill-poplu Malti u Għawdxi waqt diskors li għamel fil-Parlament (għaddej bħalissa) illi qed jiddiskuti mozzjoni ta' sfiduċja fih. Mizzi qal illi hu refa' r-responsabilita' tiegħu billi rreżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista kif ukoll aċċetta d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ma jibqax Ministru tas-Saħħa u tal-Enerġija. 

Mizzi qal li mhux se jħalli lil min juża lilu biex jagħmel ħsara lill-Gvern preżenti. Huwa għamel elenku ta' dak li wettaq bħala Ministru fl-oqsma tas-Saħħa u tal-Enerġija fosthom bl-għeluq tal-Power tal-Marsa, it-tnaqqis fil-lista ta' stennija fl-Isptar u t-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. 

 

More in Politika