"Jekk mhux tajjeb għall-partit mhux tajjeb għall-pajjiż" sostniet Marlene Farrugia ilejla fil-Parlament meta kienet qed tagħlaq diskusjjoni dwar mozzjoni ta sfiduċja f'Konrad Mizzi li ressqet hu stess. "Mela l-partit sar qabel il-pajjiż?" staqsiet Farrugia għall-approvazzjoni tad-Deputati Nazzjonalisti. Hi kienet qed tirreferi għall-fatt li Mizzi rreżenja mill-kariga ta' Deputat Mexxej wara biss ftit ġimgħat, imma baqa' Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
"Kont qed nittama li jirreżenja waħdu kieku vera kien iħobb lill-partit u lill-pajjiż. Li ma rreżenjax juri li għandu kilba kbira għall-poter, kilba ikbar mill-imħabba lejn il-pajjiż" qalet Farrugia.
Ma kienx biżżejjed, staqsiet Farrugia, li kull fejn kien Mizzi, l-kuntratti baqgħu ma kienux ippublikati. "Mhux biżżejjed li l-Poer Station għadha ma saritx? Ma kienux jafu li tanker kellu jsir mhux tankijiet?" Dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u r-roħs Farrugia qalet illi dan seta' sar għax sar l-interconnector, "anke l-Power station tal-Marsa, ngħalqet minħabba l-interconnector" qalet Farrugia għall-approvazzjoni tad-Deputati Nazzjonalisti.
"Ma jixraqx li l-PL jitlef l-kredibilita' minħabba nies li qed iżommu lill-Gvern ostaġġ." Hija akkużat lil Konrad Mizzi u dawk "l-erbgħa minn nies f'Kastilja" li qed iħammar wiċċ il-Gvern, wiċċ il-partit u wiċċ Malta.