Il-Forum tal- Intrapriżi Żgħar sa Medji - Partit Nazzjonalista jemmen li n-nuqqas ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-Avviż Legali dwar il-Billboards u n-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-qasam turistiku fir-rigward tal-introduzzjoni tat-taxxa ECO ġdida dwar it-turiżmu, issa kien imiss l-Industrija tal-Kostruzzjoni.
FSMEPN jirrikonoxxi l-ilment li sar mill-Kamra tal-Periti ta’ Malta, li ma ġewx ikkonsultati dwar it-tneħħija tal-Ordni ta' Notifika għall-Iżvilupp, dan sakemm il-Ministru approva l-Avviż Legali ġdid. FSME iħeġġeġ bil-qawwa kollha lill-Gvern biex jibda jikkonsulta mal-partijiet
interessati qabel ma jieħu azzjoni, peress li din hija attitudni ħażina lejn l-Intraprenditur u qed taffetwa l-industrija tan-negozju b'mod negattiv.