Reporter janalizza dak li qed jipproponi l-PN
Wara tliet snin, il-Partit Nazzjonalista qed iħares 'il quddiem. Reporter se jieħu spunti mill-Kunsill Ġenerali li sar ilbieraħ u jitkellem dwar dak li ntqal mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Saviour Balzan janalizza dak li qed jipproponi l-PN flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea Ian Borg u ma' Ann Fenech, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Reporer jixxandar illejla, it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni għada, it-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2 u l-Erbgħa fis-7pm fuq TVM2.
Żommu ruħkom aġġornati x'ikun qed jiġri waqt il-programm billi ssegwuna fuq Facebook u Twitter.