Matul is-sena 2015 biss ġew irreġistrati 20,458 karozza ġdida fit-toroq Malti. Minn ċifri li kienu żvelati fil-Parlament jirriżulta li total ta' 12,470 minn dawn kienu karozzi li diġa kienu wżati, filwaqt li l-kumplament, jew 7,988 kienu karozzi ġodda.
Intant, sal-aħħar ta' Diċembru 2015 f’Malta u Għawdex kien hawn 346,918 karozzi reġistrati, b'275,380 karozza tkun għall-passiġġieri. Il-vetturi kummerċjali kienu jlaħħqu l-ammont ta' 47,590 filwaqt li kien hawn b'kollox 20,088 mutur.
Din l-informazzjoni kienet mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi għall-misotqsijiet tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis.