Il-familji Maltin huma fost l-inqas li jħallsu għad-dawl fl-UE

...Id-Daniżi jħallsu d-doppju ta' dak li qed tħallas familja Maltija

Il-kontijiet f'Malta...fost l-irħas fl-Ewropa
Il-kontijiet f'Malta...fost l-irħas fl-Ewropa

Skont ċifri li għadhom kif ħarġu mill-Eurostat il-familji Maltin huma fost l-inqas li jħallsu għad-dawl. Dawn iċ-ċifri jiġu fl-isfond tat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li daħlu fis-seħħ fl-2014, ftit wara li kien elett Gvern Laburista bl-għajta li l-istess kontijiet jorħsu. Fl-2015 il-Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma bl-istess rati, jiġifieri 25% għad-dawl u 5% għall-ilma, għan-negozji u l-industrija. 

Skont l-Eurostat l-uniċi pajjiżi fejn il-familji jħallsu inqas għas-servizz tad-dawl huma l-Bulgarija, l-Ungerija u l-Litwanja. L-aktar familji li jħallsu għas-servizz tad-dawl huma id-Danużi, iktar mid-doppju ta' dak li jħallsu l-familji Maltin. 

Intant l-istess ċifri juru kif il-kont li jħallsu l-familji Maltin huwa fost l-inqas fl-Ewropa li huwa mgħobbi b'taxxa. Il-Maltin iħallsu 5% biss taxxa fuq is-servizz tad-dawl, ikkumparat mad-69% fid-Damimarka u 52% fil-Ġermanja. 

More in Politika