Sejħa għal dentisti tal-privati għall-pazjenti ta' Mater Dei

Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għal dentisti fil-privat, biex jagħmlu fillings fil-privat, imħallsa mill-Gvern għal pazjenti fuq il-lista ta' Mater Dei. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fil-Parlament bi tweġiba Parlamentari għall-mistoqsijiet tal-kelliema tal-Oppoizzjoni għas-Saħħa Claudette Buttigieg.

F’Marzu li għadda l-UHM ordnat azzjoni industrijali fit-taqsima tad-dentistrija tal-Isptar Mater Dei, li wassal biex jieżdiedu n-numru ta’ nies fuq il-lista tal-fillings.

 

More in Politika