Il-'ġewwa' ras imb'ras mal-'barra' ... Ix-xenarju Brexit isir dejjem iktar realta'

....Stħarriġ b'riżultati konflinġenti, iżda lkoll juru li dawk favur il-Brexit u dawk kontra huma viċin ħafna

Attivisti Ingliżi favur li r-Renju Unit jibqa' fl-UE
Attivisti Ingliżi favur li r-Renju Unit jibqa' fl-UE

Tnejn u għoxrin ġurnata qabel mal-poplu tar-Renju Unit jiddeċiedi l-futur ta' pajjiżu, ġewwa jew barra l-Unjoni Ewropea, s-sondaġġi juru poplu maqsum. Anke jekk l-istess stħarriġ li qed isir minn diversi ġurnali, siti tal-aħbarijiet, mill-UE u anke minn aġenziji, qed jagħtu riżultat aħħari differenti, waħda hija ċerta: Kull stħarriġ qed juri li l-kampijiet opposti huma viċin xulxin. 

Skont stħarriġ li ħa l-medja tal-aħħar sitt sondaġġi, 51% iridu li r-Renju Unit jibqa' fl-UE filwaqt li 49% iridu jitilqu. Imma stħarriġ li sar minn ICM Research u li huwa l-aktar riċenti  u li kien kkwotat mill-gazzetta The Guardian juri kif 53% iridu jitilqu u 47% jibqgħu. 

Stħarriġ li sar mill-Financial Times juri riżultat iktar qrib b'12% indeċiżi, 47% favur li r-Renju Unit jibqa' fl-UE u 46% favur Brexit.

Jidher li, għad-diżappunt ta' eluf jekk mhux miljuni ta' nies li dejjem emmnu fil-proġett ta' UE magħquda l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE qed isir xenarju aktar reali.  

More in Politika