L-MUMN tħabbar direttivi f'Monte Carmeli minħabba nuqqas ta' infermieri

...tgħid li dan qed iwassal biex ħaddiema jispiċċaw jgħaddu bord minħabba li ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol 

Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN)  illum kitbet lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa fejn ipprotestat bil-qawwa kollha kontra deċiżjonijiet li qed jiehu d-Dipartiment tas-Sahha fuq l-isptar Monte Carmeli.

"F’dan l-isptar m’hemmx biżżejjed infermiera biex iħarsu l-pazjenti kollha u agħar minn hekk, qed ikun hemm ftit infermieri sabiex joqgħodu constant watch ma’ dawk il-pazjenti li l-psikjatra jkun iddeċieda li għandu bżonn din l-attenzjoni speċjali bħala parti mill-kura. Dan ifisser li hija rutina ta’ kuljum li minflok tlett infermieri jkunu constant watch ma tlett pazjenti, qed nispiċċaw infermier wieħed ma’ tlett pazjenti bil-konsegwenzi kollha ta’ unsafe practice bir-riżultat li l-infermieri qiegħed ta’ kuljum jirriskja l-ħobża tiegħu ta’ kulum. L-aħħar każ bħal dan seħħ ftit tal-ġranet ilu fejn infermier kien qed iħares tlett pazjenti u waqt li mar jara x’ġaralu pazjent minnhom, pazjent ieħor harab mill-isptar. Dan iwassal għall-bordijiet ta’ inkjesta u investigazzjoni maġisterjali bil-konsegwenzi kollha li jġibu magħhom.

Biex tkompli titfa l-melħ fuq il-ferita, kompliet tgħid l-MUMN, ġiet infurmata llum stess mill-membri tagħha dwar proċedura ġdida fejn waqt Bord ta’ Investigazzjoni relatat ma’ dan il-każ, in-nurses ser jiġu mitluba jieħdu ġurament fuq dak li seħħ. "Din hija azzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ fiduċja fin-nurses mid-Dipartiment tas-Saħħa peress li l-istess nurses diġa kitbu n-nursing reports u incident reports dwar il-każ u b’hekk b’dan l-aġir id-Dipartiment qed juri b’mod ċar li mhux qed jafda lin-nurses.

Proċedura oħra li ġiet imposta fuq in-nurses f’dawn l-aħħar ġranet hija dik fejn in-nurses ġew ordnati biex jimlew audits relatati ma’ ħidma li huma responsabbli tagħha kategorija oħra ta’ professjonisti dwar first level constant watch u treatment orders. L-MUMN ma tistax taċċetta li n-nurses jieħdu r-responsabbilita ghal ħaddiehor u l-Management għandu jkollu l-kuraġġ li jqabbad jagħmel dan ix-xogħol lil min hu responsabbli li jgħamlu.

Fid-dawl ta' dan l-MUMN ħabbret dawn direttivi: L-ebda infermiera m'għandha tieħu ġurament waqt bord ta’ investigazzjoni, l-ebda infermiera  m'għandha toqgħod tiftaħ u tagħlaq il-bieb tas-sala biex jidħlu u jħhroġu ħaddiema li ftit tal-ġranet ilu kienu fil-pusses ta’ ċavetta u li l-ebda infermiera m'għandha timla xi formoli relatati ma’ first level constant watches jew treatment orders li suppost jimtlew minn professjonisti oħra.

 

 

More in Politika