Ħidma u sorveljanza intensiva mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga, ilbieraħ wara nofsinhar waslet għall-arrest ta’ Taljan ta’ 31 sena.
Fil-pusess tar-raġel instab madwar 4kg sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta biex tiġi ttraffikata. Hu mistenni jitressaq il-Qorti bl-arrest fis-siegħat li ġejjin, akkużat b’assoċjazzjoni fl-importazzjoni, traffikar u pusess aggravat ta’ l-istess droga fost akkużi oħra.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.