Ftit tal-ħin ilu għadu kif ġie mwaqqaf, permezz ta' stqarrija, partit ġdid, bl-isem Partit Demokratiku. Dan il-Partit se jitmexxa minn Marlene Farrugia u fost dawk fit-tmexxija tiegħu ukoll hemm l-Idroloġista Marco Cremona li se jkun temporanjament Segretarju Ġenerali. Fil-fatt fl-istqarrija maħruġa Farrugia ħabbret il-lista ta' dawk li b'mod temporanju u sakemm tiltaqa' l-ewwel Konferenza Ġenerali, se jkunu qed jieħdu ħsieb it-tmexxija tal-Partit Demokratiku.
Anthony Buttigieg se jkun Deputat Mexxej Temporanju,Duncan Bonnici (Tezorier Temporanju), Monique Agius (PRO Temporanju) u Anthony Buttigieg (Deputat Mexxej Temporanju)