Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Partit Demokratiku (PD) li se tkun qed tmexxi d-Deputata Marlene Farrugia se jkollu bħala kwatieri tiegħu dar fil-Qrendi. L-għażla ta’ dan ir-raħal hija sinifikattiva minħabba li l-Qrendi jifforma parti mill-ħames distrett, fejn l-istess Farrugia kienet kandidata f’isem il-Partit Laburista fl-2008 u fl-2013 u f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-1998.
Intant it-tnedija tal-Partit Demokratiku se jfisser illi fil-Parlament, minn għada stess, se jkun hemm tliet partiti, xi ħaġa li ilha ma tiġri mill-1989. Fil-fatt, l-aħħar darba li l-Parlament Malti kellu membru tat-tielet partit kien 27 sena ilu meta Wenzu Mintoff kien imkeċċi mill-Partit Laburista u baqa’ fil-Parlament bħala rappreżentant kif ukoll Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika.
Intant l-ILLUM hija infurmata illi l-Partit Demokratiku se jkun varat b’mod uffiċjali f’dik li kienet l-Università fil-Birgu, fiż-żona antika magħtufa bħala l-Collacchio,