L-immigrazjoni l-akbar uġigħ ta' ras għall-Ingliżi u l-poplu tar-Renju Unit

...studju ta' The Economist juri li fi tliet snin l-immigrazzjoni saret l-aktar kwistjoni importanti li qed jiffaċċja r-Renju Unit għall-poplu li dalwaqt jissejjaħ biex jivvota f'referendum

L-immigrazzjoni fuq moħħ il-poplu tar-Renju Unit
L-immigrazzjoni fuq moħħ il-poplu tar-Renju Unit

Ir-referendum  fir-Renju Unit iktar tard dan ix-xhar se jsir fi żmien meta l-immigrazzjoni hija fost l-aktar kwistjonijiet li qed tinkwieta lill-poplu tal-istess pajjiż. Skont studju li sar mill-magażin The Economist, f'temp ta' tliet snin l-inkwiet dwar l-immigrazzjoni żdied u infirex fost il-votanti u s-setturi kollha tas-soċjeta Ingliża. Fl-2013 kienu votanti tal-United Kingdom Independence Party (UKIP) biss li kienu jesprimu nkwiet dwar l-immigrazzjoni. Dan jidher li nbidel sew f'temp ta' tliet snin biss. 

Fil-fatt, skont studju li saru li kien ippublikat mill-istess magażin din is-sena huma l-maġġoranza tan-nies fl-etajiet kollha, minn kull parti tar-Renju Unit jaraw l-immigrazzjoni bħala l-akbar inkwiet tal-pajjiż. L-immigrazzjoni tibqa' l-aktar kwistjoni li tinkwieta nies fost il-votanti Konservattivi u tal-UKIP, iżda mhux l-akbar problema f'għajnejn il-Laburisti u l-Liberali Demokratiċi. 

More in Politika