‘Il-fatt li Simon Busuttil irrikonoxxa l-iżbalji tal-PN fil-qasam tal-ambjent hija xi ħaġa li tawgura tajjeb għall-futur’. Hekk sostna l-President tar-Ramblers Alex Vella fi stqarrija illi fiha faħħar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta’ żvilupp f’art ODZ. Ir-Ramblers ħeġġet lill-PN biex ladarba jerġa jkun fil-Gvern jżomm kelmtu fuq din il-wegħda.
“Gvern Laburista jagħmel tajjeb jekk jeżamina s-sitwazzjoni sew u ma jibqax joħlom bi prospetti tal-mument u t-temporanji
L-Assoċjazzjoni tar-Ramblers
“Li tissuġġetta proġetti ta’ żviluppi maġġuri f’żoni ODZ għal skrutinju Parlamentari, b’vot ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti u torbotlu (busuttil) idejh jekk ikun Prim Ministru hija s-serjeta’ fil-politika,” tkompli tgħid ir-Ramblers.
L-Assoċjazzjoni tgħis illi jekk il-Pjan ta’ Struttura li kien hemm qabel kien iħalli “l-ġrieden jgħaddu mit-toqob” l-ġdid, li sar minn dan ik-Gvern “iħalli l-iljunfanti.” Ir-Ramblers komplew jispjegaw kif hija xi ħaġa inkoraġġanti “li tisma Kap ta’ wieħed miż-żewġ partiti jgħid li huwa konxju bit-theddida li taħtha jinsab l-ambjent u li wasal iż-żmien li tinqata’ linja. L-istqarrija tgħid ukoll li “Gvern Laburista jagħmel tajjeb jekk jeżamina s-sitwazzjoni sew u ma jibqax joħlom bi prospetti tal-mument u t-temporanji li huma sostenibbli biss permezz ta’ art mogħtija lil xi ħadd bl-irħis.”