[Filmat] Marlene avviċinat lil Ivan Grech Mintoff biex jissieħeb fil-Partit Demokratiku

Grech Mintoff jgħid li t-twaqqif ta' partit ġdid huwa pass pożittiv u li pajjiżna jeħtieġ it-tielet, ir-raba' u anke l-ħames partit - jipproponi sistema ta' green cards biex tidħol Malta u jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar il-lemin estrem

Ivan Grech Mintoff qed jinkwetah ħafna il-lemin estrem -  Ritratt Ian Noel Pace
Ivan Grech Mintoff qed jinkwetah ħafna il-lemin estrem - Ritratt Ian Noel Pace

Ivan Grech Mintoff li jmexxi l-Partit Alleanza Bidla żvela kif hu kien avviċinat minn Marlene Farrugia biex ikun parti mill-Partit Demokratiku li tmexxi hi. Meta kien intervistat minn dan is-sit, Grech Mintoff iddeskriva it-twaqqif ta' partit ġdid bħala "pass pożittiv" u "inevitabbli" u sostna li pajjiżna għandu bżonn it-tielet ir-raba' u anke l-ħames partit.

Mal-ILLUM Grech Mintoff tkellem ukoll dwar il-lemin estrem u filwaqt li ppropona sistema ta' Green Cards biex tidħol Malta esprima wkoll l-inkwiet tiegħu dwar il-lemin estrem. 

Grech Mintoff waqqaf il-Partit Alleanza Bidla wara diversi stanzi ta' nuqqas ta' qbil mal-Gvern tal-ġurnata speċjalment fuq kwistjonijiet ta' natura soċjali u drittijiet ċivili. Grech Mintoff fetaħ il-kanuni fuq dak li jiddeskrivi bħal 'l-induttrinazzjoni tat-tfal fl-iskejjel dwar il-ġeneru' u kien saħansitra oppona bil-qawwa l-introduzzjoni tal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess. Wara li esprima din il-veduta huwa kien mneħħi minn Ċermen tal-Bord tal-Addozzjonijiet. 

 (L-intervista sħiħa se tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM) 

Ivan Grech Mintoff jitkellem mal-ILLUM - Filmat: Chris Mangion

More in Politika