Joseph Muscat jivvota fl-elezzjoni tad-deputat mexxej

Telefonati kontinwi lid-delegati fl-aħħar ħinijiet tal-elezzjoni

Il-mexxej Laburista jitfa' l-vot tiegħu fl-elezzjoni għall-kariga ta' deputat mexxej tal-PL
Il-mexxej Laburista jitfa' l-vot tiegħu fl-elezzjoni għall-kariga ta' deputat mexxej tal-PL

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat akkumpanjat minn membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, tefa’ l-vot tiegħu fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit aktar kmieni llum, bejn Owen Bonnici u Chris Cardona.

Minkejja li l-kampanja għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej kienet waħda ċivili, bi ftit jew xejn attakki bejn il-kandidati jidher li llum, hekk kif ir-riżultati kienu ferm viċin it-temperatura għoliet xi ftit b’telefonati kontinwi mit-timijiet taż-żewġ kandidati. Delegati li tkellmu magħna qalu li rċevew telefonati li matulhom kien ikkritikat il-kandidat oppost u li matulhom, id-delegati ġew imwissija li bil-kandidat 'l-ieħor' il-partit jitlef l-elezzjoni.

More in Politika