Cardona d-deputat mexxej il-ġdid għall-PL

Id-differenza bejn iż-żewġ kandidati kienet ta' 50 vot biss

Chris Cardona
Chris Cardona

Il-Ministru Chris Cardona, rebaħ l-elezzjoni interna tal-Partit Laburista, biex b'hekk hu se jkun id-deputat mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit. 

Cardona rnexxielu jakkwista 389 vot, u dan meta mqabbel mat-339 vot li ġab il-kontestant l-ieħor għal din l-elezzjoni, Owen Bonnici. Id-differenza bejn it-tnejn kienet ta' 50 vot.

Din kienet it-tieni votazzjoni, hekk kif ilbieraħ, l-ebda kandidat mit-tlieta li kkontestaw ma rnexxielu jakkwista iktar minn 50% tal-voti mitfugħa mid-delegati Laburisti.

More in Politika