Samuel Azzopardi jerġa' jiġi nnominat bħala sindku tar-Rabat Għawdex

Il- PN jirtira b’effett immedjat is-sospensjoni ta’ Samuel Azzopardi wara d-deċiżjoni tal-Qorti

Samuel Azzopardi. Ritratt - John Pisani
Samuel Azzopardi. Ritratt - John Pisani

l-Partit Nazzjonalista qiegħed jirtira b’effett immedjat is-sospensjoni ta’ Samuel Azzopardi u jerġa’ jinnominah għall-kariga ta’ Sindku tar-Rabat Għawdex.

Dan seħħ wara s-sentenza tal-Maġistrat Joe Mifsud, li sabet lil Samuel Azzopardi ħati ta l-akkużi dwar sewqan perikoluż u irresponsabbli. Mifsud iżda sostna li “dan l-inċident m'għandux itellef mill-ħidma politika, kulturali u soċjali li jwettaq” Samuel Azzopardi.

Fi stqarrija, Azzopardi sostna li jirrispetta d-deċiżjoni tal-qorti u jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jneħħi s-sospensjoni tiegħu. Huwa fakkar li meta ħarġu l-akkużi kontrih, huwa, irriżenja mill-kariga ta' Sindku tar-Rabat Għawdex, kif ukoll issospenda lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista.

B'reazzjoni għal dan, il-partit nazzjonalista qal fi stqarrija li "Il-każ ta’ Samuel Azzopardi hu eżempju ċar ta’ kif għandhom jimxu persuni f’karigi pubbliċi, u ta’ kif partit politiku għandu jmexxi bl-eżempju."

More in Politika