Għall-qarrejja regolari tal-ġurnal 'The Sun', xejn ma kienet sorpriża meta ftit tal-jiem ilu il-gażżetta ħarġet bis-saħħa favur il-kampanja 'BREXIT' u ddedikat il-paġna prinċipali ta' edizzjoni min tagħhom b'raġunijiet favur il-ħrug tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja.
"Wasalna biex nagħmlu l-akbar deċiżżjoni politika ta' ħajjitna. Illum 'The Sun' tħeġġeġ lil kullħadd biex jivvota għall-ħrug mill-UE". Dan kien wieħed mit-titli li dehru f'artiklu tal-ġurnal aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fl-artiklu fuq 'The Sun', il-kampanja 'Remain', favur li r-Renju Unit jibqa' fl-UE, ġiet akkużata li mexxiet kampanja qarrieqa, ċinika u abbużiva, biex tbeżża l-poplu Ingliż u tinstigaħ jivvota kontra t-tluq mill-UE.
"Dawn il-metodi waqqgħu id-dinjita' Brittannika fil-baxx. Pajjiżna għandu storja u kultura grandjuża", kompla jikkwota l-artiklu.
Fit-23 ta' Ġunju, il-poplu Ingliż jista jiddeċiedi l-futur ta' pajjiżu b'dan il-vot storiku. Skont l-aħħar statistika li ħarġet, il-kampanja favur il-ħrug qiegħda l-quddiem b'seba' punti. Ħdax fill-mija tal-poplu għadu indeċiż, u fil-jum tal-votazzjoni, dawn jafu jagħmlu d-differenza totali għall-futur tar-Renju Unit, u b'riperkussjonijiet indiretti, ta' l-UE kollha.