Il-PN iressaq mozzjoni biex missier akkużat b'mod falz ikollu l-kondotta mnaddfa

....Azzopardi jgħid li l-PN irid ikun il-vuċi ta' dawk li m'għandhomx 

Il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Jason Azzopardi
Il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi  ressaq mozzjoni li għandha tkun diskussa fil-Parlament illi fiha qed jipproponi li persuna bħal Emanuel Camilleri jkollu l-kondotta tiegħu mnaddfa wara li bintu ma qalitx il-verita' fil-Qorti meta kienet qed tixhed f'każ li wassal biex l-istess Camilleri jinstab ħati li abbużaha. 

Minkejja li bint Camilleri ammettiet fil-Qorti li xehdet falz u allura ħatja ta' perġurju, ismu baqa' jidher fil-lista ta' persuni pedofeli u baqa' bil-kondotta maħmuġa. Azzopardi saħaq li l-PN irid ikun il-vuċi ta' dawk li m'għandhomx u għalhekk ressaq din il-mozzjoni  biex ħajjiet bħal dik ta' Camilleri ma jibqgħux, inġustament, jitkissru għal xejn.  

Jason Azzopardi sostna li din tista’ tkun forma ta’ għodda ġdida għall-vittmi tal-inġustizzja fil-kors tal-ġustizzja. Hu appella lill-Gvern biex ipoġġi din l-emenda fuq l-aġenda tal-Parlament mill-aktar fis possibbli, biex tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr

More in Politika