Alfred Mifsud kiteb lill-Gvern u nfurmah illi ma jixtieqx jibqa' jkun ikkunsidrat għall-pożizzjoni ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali u dan wara akkużi li saru fil-konront tiegħu mill-eks sieħba tiegħu Anna Zelbst. L-akkużi ta' tixħim kienu ppublikati fuq il-blog ta' Daphne Caruana Galizia u fihom Zelbst tallega li Mifsud kien aċċetta pagamenti ta' €50,000 tliet darbiet minn Ronnie Demajo tad-Demajo Group.
Filwaqt li fetaħ kawża ta' libell kontra l-eks sieħba tiegħu u kontra Caruana Galizia, Mifsud akkuża lill-eks sieħba b'rikatt fuqu. "Zelbst qed titkellem issa għax ma qgħadtx għat-talbiet tagħha, fosthom li tibqa' tgħix f'apartment ta' lussu f'Tas Sliema u li jitħallsulha l-ispejjeż relatati mal-karozza."