Il-qgħad ikompli nieżel ... jonqos bi kważi 2,000 f'sena waħda biss

Il-qgħad f'Mejju jilħaq livelli baxxi ġodda ta' 3,500 meta s-sena l-oħra kien 5,300

Il-qgħad ikompli nieżel u jerġa jonqos bi kważi 2,000 f'sena waħda biss
Il-qgħad ikompli nieżel u jerġa jonqos bi kważi 2,000 f'sena waħda biss

Il-qgħad kompla jirreġistra tnaqqis qawwi ħafna bix-xahar ta' Mejju 2016 jara tnaqqis sostanzjali ta' kważi 2,000 persuna li kienu qed ifittxu impjieg. Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) l-qgħad ix-xahar li għadda kien ta' 3,511, li jimmarka fost l-inqas ammonti ta' nies bla xogħol f'pajjiżna fi snin twal. Matul l-istess xahar is-sena l-oħra il-qgħad kien ilaħħaq il-5,333 persuna. 

Skont l-NSO it-tnaqqis kien ta' 1,723 mill-ewwel parti tar-reġistru u 99 mit-tieni parti tar-reġistru. 

 

More in Politika