129 triq residenzjali ġodda bi spiża ta’ aktar minn €14-il miljun

fil-kumplament ta’ din is-sena, isiru 30 triq oħra u 11-il triq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. L-ispiża ta’ dawn it-toroq li għad iridu jsiru mistennija li titla’ għal kważi €6 miljuni u tkopri 4.6 kilometri

Ix-xogħol fuq toroq residenzjali u arterjali minstenni jkompli jirranka matul il-bqija tas-sena
Ix-xogħol fuq toroq residenzjali u arterjali minstenni jkompli jirranka matul il-bqija tas-sena

Barra proġetti maġġuri ta’ toroq li saru f’dawn l-aħħar tliet snin fosthom Triq il-Kosta, Triq Diċembru 13, u aktar riċenti l-junction tal-Kappara, Transport Malta taħt il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għamlet 129 toroq residenzjali ġodda li jkopru kważi 18-il kilometru. Dan bi spiża ta’ €14,430,119.

Barra minn hekk, saru ’l fuq minn 19-il kilometru ta’ resurfacing u major patching f’47 toroq arterjali u distributorji għall-ispiża ta’ €8,754,847. Sar ukoll xogħol fuq 28 triq oħra li huma responsabbiltà tal-Kunsilli imma li għal xi raġuni jew oħrajn ma jkunux waslu biex għamluhom, tul ta’ ’l fuq minn 10 km bi spiża ta’ €6,323,690.

Fl-2013 saru 41 triq residenzjali, fl-2014 saru 40, fl-2015 saru 37 u din is-sena, s’issa saru 11-il triq. Hu maħsub li fil-kumplament ta’ din is-sena, isiru 30 triq oħra u 11-il triq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. L-ispiża ta’ dawn it-toroq li għad iridu jsiru mistennija li titla’ għal kważi €6 miljuni u tkopri 4.6 kilometri.

F’dawk li huma toroq arterjali u distributorji, sar xogħol fuq major patching u resurfacing. Fl-2013 sar xogħol fuq żewġ toroq, fl-2014 fuq disa’ toroq, fl-2015 fuq 35 triq filwaqt li fl-2016, s’issa, sar xogħol fuq seba’ toroq. Hu maħsub li matul il-kumplament ta’ din is-sena jsir xogħol fuq sitt toroq oħra, bl-ispiża tammonta għal aktar minn €2.5 miljuni. Barra minn hekk, matul l-istess perjodu, sar xogħol estensiv fuq toroq rurali, proġett li minnu gawdew mijiet ta’ bdiewa Maltin u Għawdxin f’diversi lokalitajiet. B’kollox saru 75 triq, b’tul ta’ 40.12 kilometri, bħala parti mill-proġett ‘Rural Development Programme 2007-2013’.

Dan huwa proġett iffinanzjat mill-European Agricultural Fund u jinvolvi l-kisi mill-ġdid ta’ toroq rurali li kienu identifikati wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ mill-kunsilli lokali fis-sena 2013. Fih ġew investiti €8,140,456.07. B’kollox ġew sottomessi madwar 180 applikazzjoni biex isiru dawn it-toroq rurali, li minnhom ikkwalifikaw 149, minħabba li biex tikkwalifika, it-triq ma kellhiex tkun fl-iskema ta’ żvilupp u tkun tintuża mill-bdiewa u raħħala.

 

 

More in Politika