'Ġibna l-liċenzja'...jgħidu 16,700 fl-aħħar sentejn u nofs

Din is-sena, s'issa, diġa ġabu l-liċenzja 3,361 peruna ... 329 jitilfuha 

Fl-aħħar sentejn u nofs medja ta' madwar 6,000 persuna ġabu l-liċenzja tal-karozza
Fl-aħħar sentejn u nofs medja ta' madwar 6,000 persuna ġabu l-liċenzja tal-karozza

Minn Jannar tas-sena 2014 kienu b'kollox 16.776 persuna li għaddew mill-eżami tas-sewqan u ġabu l-liċenzja. Minn ċifri li ngħataw mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi jirriżulta li fl-2014 u fl-2015 u minn kif jidhru s'issa l-affarijiet din is-sena, medja ta' 6,000 kull sena tgħaddi mill-istess eżami u tikseb il-liċenzja tal-karozza. 

B'kollox fl-2014, 6,500 persuna ngħataw il-liċenzja, fl-2015, 6,675 persuna ġabu l-liċenzja filwaqt li fl-ewwel sitt xhur tas-sena li qegħdin figha diġa ġabu l-liċenzja 3,361 persuna. Intant fl-istess perjodu ta' żmien total ta' 329 persuna tilfu l-liċenzji wara offiżi relatati mat-traffiku.  

Din l-informazzjoni ngħatat minn Mizzi għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. 

More in Politika