'Daqshekk diskriminazzjoni biex iċċempel jew tibgħat messaġġ'
L-MPE Maltija Marlene Mizzi ma' diversi MPE oħrajn b'inizjattiva konġunta biex twaqqaf id-diskriminazzjoni
More in Politika
L-MPE Maltija Marlene Mizzi ma' diversi MPE oħrajn b'inizjattiva konġunta biex twaqqaf id-diskriminazzjoni
L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi flimkien ma' Membri Parlamentari Ewropej ohrajn kif ukoll mal-Organizzazzjoni ghal-Konsumaturi Ewropew, BEUC, appoġġjat l-inizjattiva konġunta li titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf id-diskriminazzjoni bejn il-prezzijiet li konsumaturi jħallsu għal telefonati u SMSs domestiċi u għal dawk cross-border.
"Fl-aħħar, roaming charges għal SMSs, telefonati u l-uzu tal-internet min fuq il-mobile, fi zmien li tkun msiefer, gew mnaqqsa b'mod sinifikanti, u minn Ġunju 2017 ser jiġu aboliti" spjegat l-Ewroparlamentari Mizzi. "Din hija kisba kbira għall-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tagħna, iżda din il-battalja ma tieqafx hawn. Kburiha li jien kont parti mit-tim tan-negozjati li hdimna sabiex it-tariffi ghar-roaming jigu aboliti, iżda jmiss pass iehor, dak li nahdmu ghar-rati aktar baxxi u rati unifikati ghal telefonati bil-mowbajl intra-EU, "qalet MPE Mizzi.
L-ittra konġunta, mibgħuta mill-Organizzazzjoni ghall-Konsumaturi Ewropew, l-BEUC lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Andrus Ansip u lil Kummissarju Günther Oettinger, qed tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex itemm d-diskriminazzjoni mhux ġustifikata għall-konsumaturi u jwaqqfu l-miżati abbużivi li ċ-ċittadini qed issoffru meta jċemplu jew jibgħatu messaġġi lil numru f'pajjiż ieħor tal-UE minn pajjiżhom.
L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi qalet: "Aħna qeghdin ngħixu f'dinja diġitali bla fruntieri fejn ic-cittadini taghna jivvjaġġaw b'mod kostanti barra minn pajjiżhom. L-maggoranza taghna zgur ghandhom xi hbieb Maltin jew familja li jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw f'pajjiż ieħor fl-UE. Telefonati bil-mowbajl transkonfinali u SMSs għadhom wisq għoljin għal bosta konsumaturi u għaldaqstant qed jippreveni lic-cittadini taghna milli jzommu kuntatt mal-qraba taghhom barra min Malta. Wasal iż-żmien li nkunu f'pozizzjoni li nkellmu lil hbieb u lil qraba taghna minghajr ma noqoghdu ninkwetaw dwar kontijiet tal-mobile eċċessivament għoljin fl-aħħar tax-xahar "qalet l-Ewroparlamentari Mizzi.
L-Unjoni Ewropea saret distanti u mharsa b'kuncett burokratiku minn bosta ċittadini Ewropej spjegat l-MPE Marlene Mizzi. "Hemm bżonn li npoggu l-energija u l-enfasi tagħna fi proġetti Ewropej li jistgħu jwasslu għal benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini taghna. Progetti li jistgħu jiġu spjegati faċilment u għandhom effett immedjat fuq il-ħajja tagħna. Dik hija l-UE li nixtieq li nara - mhux il-makkinarju burokratiku attwali li jieħu d-deċiżjonijiet u jadotta liġijiet mingħajr ma' tpoggi l-interessi taċ-ċittadini fil-qalba tal-politika tagħha. Ghalhekk, jien nappoġġja bis-sħiħ din l-inizjattiva ġdida "qalet l-Ewroparlamentari Marlene Mizzi.