'Ħu lezzjoni mill-Vjetnam' il-PN jgħid lil Muscat

...L-Oppożizzjoni tgħid lil Muscat illi wara 48 siegħa għadu ma tkellimx dwar Deputat Vjetnamiż li ngħata ċ-ċittadinanza Maltija

Il-PN jħid li dwar Konrad Mizzi Muscat għandu jieħu lezzjoni mill-Vjetnam
Il-PN jħid li dwar Konrad Mizzi Muscat għandu jieħu lezzjoni mill-Vjetnam

Aktar minn 48 siegħa wara li ġie żvelat li l-Parlament tal-Vjetnam keċċa waħda mill-Membri Parlamentari tiegħu wara li nstab li din kisret il-liġi meta xtrat il-passaport Malti, l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma lissen ebda kelma dwar dan il-każ, li jqajjem suspetti serji dwar il-proċess ta’ due diligence li suppost qed isir qabel jinbiegħ il-passaport Malti.

F’dan il-każ, huwa evidenti li l-proċess ta’ due diligence jew ma sarx, jew inkella ma kienx wieħed effettiv, għaliex il-passaport Malti nbiegħ lil persuna li mhux biss qed tikser il-liġi b’dan l-istess passaport, iżda wkoll hija politically exposed person

Fid-dawl ta’ dak żvelat u li 48 siegħa wara, għadu ma ġiex miċħud, il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li Joseph Muscat jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu, jgħid xi studju sar fuq din il-persuna qabel inbiegħilha l-passaport Malti, u x’passi ttieħdu wara li din tkeċċiet mill-Parlament tal-Vjetnam.

Dan il-każ juri wkoll kif pajjiż bħall-Vjetnam jagħti tagħlima lill-istess Joseph Muscat ta’ kif jimxu l-affarijiet. Filwaqt li fil-Vjetnam, Deputat li abbużat mill-poter tkeċċiet b’mod immedjat mill-kariga li tokkupa, f’Malta, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, mhux talli jinqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, iżda talli sabu d-difiża assoluta ta’ Joseph Muscat.

 

More in Politika