'Il-mandat tal-Airmalta huwa theddida għad-demokrazija'

L-ALPA jirreaġixxu għal dak li qed jiddeskrivu bħala attakk dirett fuq id-dritt tal-ħaddiema li jistrajkjaw

il-piloti f'konfront mal-Airmalta li fetħet mandat biex ma jistrajkjawx
il-piloti f'konfront mal-Airmalta li fetħet mandat biex ma jistrajkjawx

Il-Union tal-Piloti Maltin qed isejħu il-mandat li ħarġet l-Airmalta fil-konfront tagħhom u fid-dawl tal-azzjoni industrijali li kienet sejħet bħala "thedida għad-demokrazija".

L-ALPA qalet illi  "dan il-mandat ixxokkja lil kull min ghandu ghal qalbu d-drittijiet tal-haddiema. Diversi entitajiet u esperti lokali fosthom il-Forum Unions Maltin, il-European Cockpit Association u l-Kap tal-Fakulta tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta, il-Professur Kevin Aquilina, esprimew ir-riservi serji taghhom dwar dan it-tentattiv tal-AirMalta illi tilledi d-drittijiet fundamentali tal-Piloti billi tlibbsilhom sarima u twaqqafhom milli jezercitaw d-dritt taghhom ta’ haddiema li jiehdu azzjoni industrijali kontra min ikun qed jipprova jghaddi minn fuqhom bhal gaffa."

L-istqarrija tkompli tgħid liIl-Piloti Maltin jinsabu mwegga’ illi l-AirMalta "pruvat tpengihom bħala xi ħaddiema għażżiena li ma jridux jaħdmu aktar minn 50 siegha fix-xahar. Dan assolutament m’huwiex minnu. Il-Piloti Maltin iridu jaħdmu, u jekk mhux jaħdmu biżżejjed huwa biss minħabba deċiżjoni ħażina oħra tal-AirMalta li tnaqqas il-flotta u b’hekk tnaqqsilhom is-siegħat." 

"Il-Piloti tal-AirMalta dejjem għamlu xogħlhom bl-ogħla livelli ta’ professjonalita’ u b’rekord impekkabbli ta’ sigurta’. Huwa għalhekk li l-piloti jinsabu preokkupati ħafna bl-atitudni negattiva u distruttiva li qed tiehu l-AirMalta fil-konfront taghhom, partikolarment wara snin twal ta’ deċizżonijiet ħżiena, tberbiq ta’ flus, impjiegi fi grad maniġerjali li għadhom sal-lum iħallsu mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal ħafna mill-ogħla gradi maniġerjali, strateġiji insensati u eghbusija tar-ras li wasslet lil linja nazzjonali fil-qagħdha illi qeghdha fiha llum."

More in Politika