‘It-Turkija mhix f’pożizzjoni li ssir membru tal-UE fil-futur qarib…’

Dan qalu l-President tal-Kummisjoni Ewropeja Jean-Claude Juncker

Il-President tal-Kummisjoni Ewropeja, Jean-Claude Juncker
Il-President tal-Kummisjoni Ewropeja, Jean-Claude Juncker

“It-Turkija mhix f’pożizzjoni li ssir membru tal-UE fil-futur qarib, u kull negozjat għal sħubija jieqaf immedjatament jekk terġa’ ddaħħal il-piena tal-mewt.” stqarr Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummisjoni Ewropeja

Fid-dawl tal-attentat ta’ kolp ta’ stat, it-Turkija bħalissa ssospendiet, arrestat jew poġġiet taħt investigazzjnoi aktar minn 60,000 suldat, pulizija, imħallef u ħaddiem fil-qasam tal-edukazzjoni, flimkien ma numru ta’ ġurnalisti, aktar kmieni dalgħodu.

Juncker saħaq waqt intervista fuq stazzjon televiżiv Franċiż li “Nemmen li fl-istat li tinsab fih bħalissa t-Turkija, mhix f’pożizzjoni li ssir membru fil-futur qarib, u lanqas fuq perjodu ta’ żmien itwal.”

Huwa qal li pajjiż li għandu l-piena tal-mewt bħala parti mill-leġislatura tiegħu, m’għandux post fl-Unjoni Ewropeja.

More in Politika