Laurence Cutajar jinħatar bħala l-Kummissarju tal-Pulizija

Wara tliet xhur iservi bħala Aġent Kummissarju, Laurence Cutajr inħatar illum b'effett immedjat

Laurence Cutajar jinħatar bħala Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija
Laurence Cutajar jinħatar bħala Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija

Is-Sur Laurence Cutajar dalgħodu inħatar bħala Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija wara li f’dawn l-aħħar tliet xhur kien qed iservi bħala Aġent Kummissarju tal-Pulizija.

Huwa inħatar b’effett immedjat mil-lum l-1 ta’ Awwissu 2016.

L-ittra tal-ħatra ġiet ippreżentata mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fil-binja tal-Ministeru l-Belt Valletta, wara li l-Prim Ministru approva din il-ħatra.

Il-Ministru Abela awgura lis-Sur Cutajar għall-kariga l-ġdida tiegħu.

More in Politika