Il-Gvern ta' Merkel se jipprojbixxi l-ilbies tal-burqa fil-pubbliku

...wara l-pressjoni li l-Gvern tagħha qed jiffaċċja minħabba l-politika tal-immigrazzjoni 

Il-Burqa...daqshekk se tintlibes fil-Ġermanja
Il-Burqa...daqshekk se tintlibes fil-Ġermanja

Il-Gvern Ġermaniż qed jikkunsidra li jipprojbixxi l-ilbies tal-burqa u ilbies ieħor li jgħatti l-wiċċ f'pass li qed jitqiesbħala reazzjoni għall-attakki fl-Ewropa' il-bżonn ta' sigurta' ikbar u t-tħassib ta' bosta Ġermaniżi. Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Thomas De Maizere qed jikkunsidra li jipprojbixxi l-ilbies tal-burqa, flimkien ma' miżuri oħrajn, fosthom l-istallazzjoni ta' kameras CCTV f'ċentri ta' trasport u regoli ġodda dwar l-kunfidenzjalità medika. Huwa mistenni li l-Gvern jagħmilha aktar faċli għat-tobba li jiksru ftehim ta' kunfidenzjalità fil-każ li l-pazjent ikun meqjus bħala theddida. 

Apparti minn hekk il-Gvern Ġermaniż mistenni jagħmilha aktar diffili biex persuna takkwista ċittadinanza doppja. Il-Partit Kristjan Demokratiku li qed imexxi l-Gvern permezz ta' Angela Merkel qed jippkana li jkun għamel dawn il-proposti liġijiet sa' qabel l-elezjoni tal-2017, hekk kif qed jiffaċċja pressjoni qawwija u anke rabja minn ħafna li qed jaraw illi l-Ġermanja kienet wisq ratba fil-politika tal-immigrazzjoni. 

 

 

More in Politika